top of page

Iċ-Ċerv Ukoll Midrub

Thu, 26 Nov

|

Oratory of the Onorati

Poeżiji u Għanjiet minn San Ġwann tas-Salib Prof. Rev Charlo Camilleri (taħdita) Mark Anthony Bartolo (kitarra u kant) Bi sħab mal-Istitut Karmelitan Malta

Iċ-Ċerv Ukoll Midrub
Iċ-Ċerv Ukoll Midrub

Time & Location

26 Nov 2026, 19:30 – 20:30

Oratory of the Onorati, 21 Archbishop St, Valletta VLT 1443, Malta

About the event

This event is in Maltese


San Ġwann tas-Salib huwa wieħed mill-figuri importanti tal-Kontro-Riforma Kattolika tas-seklu 16. Il-ħidma tiegħu tmur lil hinn minn riforma ekkleżjastika, u l-kitbiet tiegħu huma meqjusin bħala kapulavuri tal-letteratura mistika Spanjola.


Fl-okkażżjoni tat-300 sena mill-kanonizazzjoni tiegħu, din is-serata tiġbor fiha elementi letterarji, mużikali, storiċi, u fuq kollox spiritwali. Permezz ta’ traduzzjonijiet tax-xogħlijiet tiegħu bħall-Istrofi tal-Għanja bejn ir-Ruħ u l-Għarus (Patri Hugh A. Mallia, O.Carm), u l-ġabra Iċ-Ċerv Ukoll Midrub (Patri Charlo Camilleri, O.Carm & Glen Attard), din is-serata sejra tqarribkom lejn il-qawwa tal-vrus ta’ dan il-kittieb u teologu importanti.


Barra minn hekk ser ikun hemm għanjiet oriġinali, msejsa fuq il-poeżiji ta’ San Ġwann tas-Salib, mill-kantawtur żagħżugħ Mark Anthony Bartolo, li sejjer jinterpretahom billi jakkumpanja lilu nnifsu bil-kitarra. Din torbot mat-tradizzjoni Spanjola ta’ mużika popolari spiritwali (magħrufa bħala ‘villancicos’) li kienet importanti ħafna fit-tixrid tal-valuri tal-Kontro-Riforma Kattolika.


Dħul huwa b’xejn, iżda donazzjonijiet milqugħa.

Aċċess minn Triq l-Arċisqof.

Share this event

bottom of page